Thursday, December 26, 2024

Agħmillu Cisk!

Aqra wkoll

Il-marka Cisk hija marbuta sew mal-ħajja, it-tradizzjonijiet, it-twemmin, il-valuri u l-karatteristiċi ta’ ħafna Maltin u barranin li ilhom iżuru Malta u Għawdex sa minn meta ħarġet fl-1929.

Agħmillu Cisk! hi frażi lokali familjari li tismagħha użata ħafna imma li, b’xorti ħażina, kienet nieqsa mill-bars, il-pubs u l-każini tagħna fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew meta ħafna mill-ħwienet tal-ikel u x-xorb kellhom jibqgħu magħluqin minħabba l-pandemija tal-COVID-19 f’Marzu 2020.

Susan Weenink Camilleri, Head of Sales & Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, brewers ta’ din il-birra lokali tant imfittxija, qalet li, “Meta konna qed naħdmu fuq il-kampanja ta’ komunikazzjoni għal din is-sena għall-marka Cisk, kien ċar għalina li waħda mill-affarijiet ewlenin li kellna nagħmlu kienet li nqanqlu mill-ġdid il-passjoni tal-konsumaturi tagħna għaċ-Cisk u nfakkruhom li, għal aktar minn 90 sena, il-birra Cisk kienet dejjem hemm għalihom fit-tajjeb u l-ħażin.”  

Il-ftuħ gradwali mill-ġdid tas-settur tal-ospitalità rbatnieh mal-fażijiet tat-tnedija tal-kampanja ewlenija tagħna għal din is-sena. Kull fażi tfasslet bil-ħsieb li tirrifletti d-direttivi tas-saħħa u timxi mar-ritorn gradwali sal-mument tal-ftuħ mill-ġdid tal-bars u l-każini. Is-Sa Weenink Camilleri kompliet li: “Dehret għalkollox stramba, u qatt ma ħlomnieha li ħaġa bħal din, daqstant intrinsika fil-ħajja kulturali lokali tagħna, kellha tieqaf għal aktar minn 8 xhur.”

‘Start with a Cheers’ kien il-messaġġ ewlieni li użajna fl-ewwel fażi tal-kampanja ta’ Cisk, u rbatnieh mal-ftuħ mill-ġdid tar-restoranti u s-snack bars fi tmiem Mejju ta’ din is-sena. Ftit ġimgħat wara nfetħu wkoll il-bars, il-każini u l-pubs u, sa fl-aħħar, stajna naraw mill-ġdid il-ħajja tipika ta’ ħafna pjazez u nħawi magħrufa lokalment għal birra mal-ħbieb. Fl-aħħar stajna nerġgħu nidħlu f’bar u nordnaw lill-barman ‘Agħmillu Cisk – u din il-frażi li drajnieha sewwa, immarkat it-tnedija tat-tieni fażi tal-kampanja tagħna, il-mument li niċċelebraw il-ftuħ mill-ġdid tal-bars, il-pubs u l-każini.

Bħala parti minn din il-fażi tal-kampanja ta’ Cisk, għadna kemm nedejna promozzjoni għall-konsumaturi li toffri voucher lil kull min jixtri pakkett promozzjonali ta’ 8 bottijiet birra Cisk ta’ 33ċl. Dan jista’ jissarraf f’pinta Cisk fil- barspubs, każini u restoranti f’Malta u Għawdex li qed jipparteċipaw fil-promozzjoni. 

Is-Sa Weenink Camilleri qalet li: “Filwaqt li aħna konxji li ħafna mill-klijenti leali ta’ Cisk ħassew in-nuqqas tal-ħarġiet li fihom setgħu jieħdu pinta jew tnejn ma’ ħbiebhom jew qrabathom f’xi bar jew każin, konxji wkoll li l-klijenti kummerċjali leali tagħna għaddew minn żmien iebes kemm damu magħluqin u ma setghux iservu lill-klijenti. Għalhekk, bit-tieni fażi tal-kampanja ‘Agħmillu Cisk, li fiha qed noffru pinta Cisk Lager lil kull min jixtri pakkett ta’ 8 bottijiet Cisk, m’aħniex qed nagħtu biss xi ħaġa lura lill-klijenti leali tagħna, imma fl-istess ħin qed inkomplu nestendu l-appoġġ kontinwu tagħna lis-settur tal-ospitalità lokali billi nħeġġu lill-konsumaturi jmorru lura fil-bar, il-pub jew fil-każin favorit tagħhom biex jieħdu pinta birra b’xejn.”

Susan Weenink Camilleri għalqet: “Aħna kunfidenti li din il-promozzjoni, filwaqt li qed tkun ta’ valur għall-klijenti leali tagħna, qed timmotivahom biex imorru fil-ħanut tal-għażla tagħhom ħalli jsarrfu l-voucher li jsibu mal-pakkett tal-birra li jixtru f’pinta birra, opportunità għal aktar negozju fil-ħwienet kummerċjali.” Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

Cisk Lager tnediet fl-1929 u dejjem inżammet ir-riċetta oriġinali. Din il-lager tissajjar bl-ogħla standards minn materja prima magħżula. Il-portafoll ta’ Cisk kiseb ukoll għadd ġmielu ta’ premjijiet internazzjonali ewlenin.

Ekonomija

Sport