Tuesday, April 23, 2024

Aħbar pożittiva mir-Residenza San Ġużepp … total ta’ 55 persuna li fiequ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar jiem l-għadd ta’ persuni infettati bil-Covid-19 fir-residenzi tal-anzjani bħal donnu beda jħasseb lil bosta, Residenza San Ġużepp kompliet bl-aġġornamenti tagħha b’rabta mal-każi attivi fil-post.

Infatti wara li l-Erbgħa li għadda rreġistaw l-ewwel l-ewwel seba’ każi ta’ fejqan, fl-aħħar sigħat huma kkonfermaw li s’issa b’kollox kien hemm 55 li ġew konfermati mfejqa mill-virus.

Ir-residenza qiegħda tkompli bl-ittestjar b’mod kontinwu sabiex tkun tista’ tikkontrolla aħjar is-sitwazzjoni tal-każi. 

Sport