Saturday, December 21, 2024

Ajruplan idawwar lura wara li mara rrifjutat li tilbes il-maskra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ajruplan tal-American Airlines li kien qiegħed f’titjira minn Miami lejn Londra dawwar lura lejn Miami wara li passiġġiera rrifjutat li tilbes il-maskra.

Skont il-linja tal-ajru, it-titjira AAL38 b’129 passiġġier abbord kellhom itiru lura lejn Miami fejn sabu l-pulizija jistennewhom mal-inżul.

Il-pulizija niżżlu l-passiġġiera li għandha madwar 40 sena li sakemm isiru l-investigazzjonijiet neċessarji, tpoġġiet fuq il-lista ta’ persuni mwaqqfin milli jtiru mal-American Airlines.

Skont statistika maħruġa l-linji tal-ajru esperjenza kważi 6,000 inċident relatati ma’ nuqqas ta’ konformità minn naħa tal-passiġġieri s-sena li għaddiet u 151 każ fl-ewwel ġimagħtejn ta’ din is-sena. Mill-każi ta’ din is-sena, 92 minnhom kienu każi relatati mal-ilbies tal-maskra.

Ekonomija

Sport