Tuesday, December 24, 2024

Ajruplan jaqgħalu l-għatu ta’ waħda mill-magni

Aqra wkoll

L-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) fl-Istati Uniti bdiet investigazzjoni wara li l-għatu tal-magna ta’ ajruplan Boeing waqa’ waqt it-tlugħ tat-titjira mill-ajruport ta’ Denver u laqat il-ġwieneħ. Dan huwa l-aħħar inċident li laqat il-flotta tal-linja tal-ajru Boeing. 

It-titjira 3695 ta’ Southwest Airlines kienet diġa f’għoli ta’ madwar 3,140 metru qabel ma l-bdot dawwar u rritornat lura t-titjira mingħajr periklu lejn l-ajruport internazzjonali ta’ Denver għall-ħabta tat-8.15 ta’ filgħodu ħin lokali nhar il-Ħadd. 

L-ajruplan tal-Boeing b’135 passiġġier u sitt membri tal-ekwipaġġ abbord kien sejjer lejn Houston. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Il-linja tal-ajru qalet li timijiet ta’ manutenzjoni qed jaraw x’wassal għal dan l-inċident.

L-ajruplan daħal fis-servizz f’Ġnju 2015, skont ir-rekords tal-FAA. Il-kumpanija Boeing talbet lil-linja tal-ajru Southwest Airlines informazzjoni dwar l-operat tal-ajruplan u l-flotta tal-linja tal-ajru. Madankollu, il-linja tal-ajru naqset li tgħid meta l-magna tal-ajruplan kellha l-aħħar manutenzjoni. 

Il-Boeing diġa ffaċċjat kritika qawwija minn wara li panel tal-plagg tal-bieb ta’ jet ġdid tal-Alaska Airlines 737 Max 9 inqalgħet f’għoli ta’ 16,000 pied  fil-5 ta’ Jannar.

Wara dak l-inċident, l-FAA kienet waqqfet it-titjiriet tal-Max 9 għal diversi ġimgħat, u żammet lil Boeing milli żżid ir-rata ta’ produzzjoni ta’ dan l-ajruplan filwaqt li ordnatilha tiżviluppa pjan komprensiv biex tindirizza kwistjonijiet ta’ kontroll tal-kwalità sistemiċi fi żmien 90 jum.

Il-produzzjoni tal-Boeing niżlet taħt il-massimu ta’ 38 ajruplan Max fix-xahar li qed tippermetti l-FAA, filwaqt li d-dipartiment tal-ġustizzja tal-Istati Uniti fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-inċident. Minbarra dan, l-FAA qed tinvestiga diversi kwistjonijiet oħra riċenti tal-magni Boeing.

Titjira 737-800 nhar il-Ħamis abortit it-tluq f’ajruport f’Texas wara li l-ekwipaġġ irrapporta problemi fil-magna. F’inċident ieħor, titjira 737 fil-25 ta’ Marzu rritorna lejn l-ajruport ta’ Austin f’Texas wara li l-ekwipaġġ irrapporta  problema possibbli fil-magna.

Titjira 737-800 fit-22 ta’ Marzu rritornat lejn l-ajruport ta’ Fort Lauderdale fi Florida wara li l-ekwipaġġ irrapporta ħsara fil-magna.

Ekonomija

Sport