Saturday, December 14, 2024

“Akbar ma tkun il-fiduċja, akbar tkun l-umiltà tagħna fit-tmexxija”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ċaħad bl-aktar mod kategoriku li b’xi mod inħafru xi tliet miljun ewro f’ċitazzjonijiet u li huwa b’xi mod intervjena.

Waqt l-aħħar dibattitu tal-kampanja elettorali huwa qal: “Din hija gidba faħxija mid-diversi, Sur Kap tal-Oppożizzjoni, li inti għoġbok tressaq ‘il quddiem għax taf li m’għandekx x’toffri.”

“Dwar min hu rett, umli u saqajh mal-art, għandna l-aħħar żmien li jitkellem dwar dan, u nagħti wegħda li akbar ma tkun il-fiduċja akbar tkun l-umiltà tagħna fit-tmexxija,” qal Dr Abela. 

Tkellem dwar l-ambjent u qal li dan se jkun prijorità għal Gvern ġdid Laburista fejn se jiġu investiti €700 miljun f’seba snin fi proġetti ambjentali.

Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li “fl-2013 qalulna li l-ambjent se jkun prijorità. Issa qed jerġgħu jgħidu li se jkun prijorità. Tant dan il-pajjiż fgawh bil-bini li ż-żgħażagħ tagħna 70% minnhom iridu jitilqu mill-pajjiż.”

Qal ukoll li għandhom pjan għat-trasport tal-massa puntwali, li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, nadif, silenzjuż u flessibbli. “It-trackless tram mhux se teħel fit-traffiku għax se nagħmlu linja ddedikata għalih u se nwessgħu fejn hemm bżonn.” 

Ekonomija

Sport