Monday, May 20, 2024

“Il-proġett tal-marina f’Wied il-Għajn hu magħluq b’mod definittiv”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar dibattitu tal-kampanja elettorali, Dr Abela tkellem ukoll dwar it-trackless tram fejn qal li lanqas fuq dan is-suġġett, il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda kredibilità. “Liema verżjoni tal-proposta se timxu magħha? Dik li semma Tony Bezzina, Ryan Callus jew xi verżjoni ġdida. Aħna nimxu fuq dan is-suġġett mad-ditta internazzjonali ARUP.” 

“Qal li t-tramm se tiswa €2.8 biljun u se titwettaq f’leġiżlatura. Illum il-PN qed jgħidilna li investiment kapitali fil-manifest elettorali se jalloka biss fuq medda ta’ leġiżlatura €1.8 biljun. Allura nistaqsi, ifisser li għadkom kif ammettejtu se tlestu biss nofs it-trackless tram fil-ħames snin li ġejjin? Ifisser ukoll li mhu se tagħmlu l-ebda investiment kapitali ieħor?”. 

Huwa saħaq ukoll li l-proġett tal-marina f’Wied il-Għajn hu magħluq b’mod definit. Qal li l-kuntratt il-ġdid mal-AUM se jkun wieħed li jintbagħat quddiem il-Kumitat Nazzjonali ta’ Verifika fejn l-Oppożizzjoni għandha parteċipazzjoni tal-memrbi tagħha u se jkun skrutinat. 

Fuq Għawdex, il-Prim Ministru qal li llum din il-gżira ekonomikament kibret aktar minn Malta. Qal li fl-manifest tal-PL hemm 53 proposta direttament iċċentrati fuq Għawdex u 300 proposta li jirreferu għal Għawdex u għall-Għawdxin. 

Sadanittant, fil-messaġġ aħħari tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-għażla li għandkom quddiemkom hi bejn xi ħadd li jibża’ mill-verità u x ħadd li jwieġeb kull domanda. “Għazla bejn xi ħadd li jbeżza’ u x ħadd li għandu l-fiduċja u l-konvizjoni li flimkien nistgħu nagħmlu pajjiż aħjar. Konvinzjoni li bil-viżjoni li għandna aħna costed ta’ veru.”

Il-Prim Ministru Robert Abela temm jgħid li l-għażla tas-Sibt li ġej se tkun bejn il-passat u l-futur. Qal li dan huwa moviment li ma jieqaf qatt jinbidel. “Għandek soċjetà li kontinwament tevolvi. Aħna rridu nwieġbu b’riformi pożittivi u għalhekk il-ħtieġa ta’ bidliet u riformi. Nemmen li għandek tkun inti li tiddeċiedi dwarek, dwar il-futur tat-tfal tiegħek, dwar il-futur tal-familja tiegħu. Magħna tafu fejn qegħdin.”

Sport