Sunday, May 5, 2024

“Inwegħedkom li ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa se nkomplu nsaħħuh”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar dibattitu tal-kampanja elettorali li xxandar illejla, il-Prim Ministru rribatta allegazzjonijiet li saru dwar l-ammonti li qala’ fejn qal li kull ċenteżmu li qalgħet d-ditta legali li kien imexxi qabel, ġie ddikjarat kompletament mal-awtoritajiet fiskali, tħallset it-taxxa dwaru kuntrarjment għal dak li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dwar il-qasam soċjali, huwa qal li ġew investiti għall-ewwel darba aktar minn bljun ewro fl-investiment soċjali. Ingħatat is-seba’ żieda konsekuttiva fil-pensjonijiet u qed iwiegħdu żieda ta’ mill-inqas €15 fil-ġimgħa. Kien hawn fejn staqsa lill-Kap tal-Oppożizzjoni kemm se jkun qed iżid il-pensjonijiet.

“Se nwessgħu l-inwork benefit u t-tisħiħ tal-benefiċċju fiċ-ċhildren’s allowance. Inwegħedkom ukoll li ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa se nkomplu nsaħħuh.”

Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li “se nkunu qed iżidu l-pensjonijiet u l-paga minima u li hemm preċiż kif se nagħmlu dan” madankollu ma tax ammont. 

Għal dan, il-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ ma qalx kemm se jżidulhom il-pensjonijiet. “Mal-PN il-pensjonanti ma jafux fejn qegħdin.”

Dwar il-qasam ekonomiku, il-Prim Ministru sostna wkoll li minn rekord ta’ pajjiż fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv fl-2013, illum Malta hi l-aktar pajjiż li mistenni jikber ekonomikament fost is-27 stat membru tal-UE. 

Qal ukoll li “magħna l-popolazzjoni kollha taf li gawdiet minn kontijiet orħos, żammejna l-prezzijiet stabbli waqt pandemija, hekk se nagħmlu issa u hekk se nibqgħu nagħmlu jkunu x’ikunu l-pressjonijiet internazzjonali.”

Dwar il-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni li fuq setturi ekonomiċi ġodda li skontu l-Gvern ma ħoloqx, il-Prim Ministru tah elenku ta’ diversi setturi li fil-fatt inħolqu fosthom il-BioTech, it-teknoloġija medika, BioPharma u l-Intelliġenza Artifiċjali fost oħrajn. 

“Jista’ titwemmen inti li aħna ma ħloqniex setturi ġodda meta l-ġid nazzjonali minn ftit aktar minn €7 biljun fis-sena fl-2012, is-sena li għaddiet f’sena ta’ pandemija aktar milli rdoppja għal €14.5 biljun.”

Sport