Monday, May 13, 2024

Akela Play u Noel Baldacchino eċċezzjonali fil-finali Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Noel Baldacchino, it-Taljan Akela Play rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret fi tmiem il-ġimgħa fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat organizzat bil-kollaborazzjoni tar-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Kunsilli Lokali għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mill-għaxar laqgħa tas-sena. Fi tmiem il-ġimgħa fil-Marsa kellna laqgħa doppja ta’ tiġrijiet taż-żwiemel.

F’dan it-tmiem il-ġimgħa fost l-oħrajn kien hemm il-bidu tal-kampjonat Executive Security għal żwiemel tal-klassi Silver b’disa’ heats u anki ż-żewġ semifinali tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper. 

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Diza Du Courtille (Ivan Stivala) kienet l-aktar wieħed veloċi wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetħet vantaġġ żgħir minn Dragster De Bomo (Rodney Gatt) u Elixir Du Bocage (Charles Camilleri). Mandakollu 500 metru mil-linja finali, id-debba ta’ Stivala bdiet tnaqqas mill-pass u eventwalment inqabżet minn Akela Play (Noel Baldacchino) li ħa l-ewwel rebħa staġjonali wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida tal-favorit Laradja Vrijthout (Marco Refalo). Elixir Du Bocage (Charles Camilleri) u Rampant (Charles Degiorgio) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Fi tmiem din il-finali, is-Sur Jesmond Aquilina, il-President ta’ dan ir-reġjun ippremja lil Alessio u Jean Paul Vella u anki lil Noel Baldacchino, is-sidien u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Akela Play kellu medja ta’ 1.13.8” fil-kilometru u kien qiegħed jirrapreżenta lil kunsill taż-Żejtun.

F’tiġrija wkoll normali tal-klassi Premier li saret is-Sibt, id-debuttant minn Franza Diango Du Bocage (Ludvic Ghigo) ħalla kollox għall-aħħar 400m biex akkwista l-ewwel suċċess tiegħu f’pajjiżna b’nofs tul minn Espoir D’Elphigny (Rodney Gatt) u Eldorado De Ver (Noel Baldacchino). Carnaval Du Vivier (Caillin Borg) temm fir-raba’ post. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.7” fil-kilometru.

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fleur De Blay (P. Galea) Ħin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Imperatricedarche (Ch. Camilleri) 3. Edisto Prior (M. Ellul) 4. Double Sans Faute (M. Desira)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Good Buz (K. Galea) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Caporal De Larre (P. Galea) 3. Iara De Piencourt (Ch. Camilleri) 4.  Jewsimme Di Leone (R. Gatt)

III Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Louisiana River (J. Gafa’) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Diabolo Castelets (R. Gatt) 3. Enzo Dhelpa (N. Baldacchino) 4. Quite E. Wood (Ch. Gauci)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Farmer Du Moulinet (R. Gatt) 3. Chene De Landisacq (C. Vassallo) 4. Easy De Trouville (A. Grech)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gosse Fredano (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Asko Giant (P. Galea) 3. Mad Princess (L. Ghigo) 4. Fleur Marguerite (M. Debono)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ex Aequo De Cosse (J. Gafa’) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Donnezac (R. Magro) 3. Gaby (Ch. Camilleri) 4. Evita d’Estree (A. Farrugia)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Embleme Castelets (J. Axisa) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Come Back (J. Tabone) 3. Xanthis Excalibur (R. Gatt) 4. Demon De La Besvre (M. Fenech)

VIII Tiġrija. Klassi Phone Refix Premier. Dist – 2140m. 1.  Django Du Bocage (L. Ghigo) Ħin – 2.39.8” (1.14.7”) 2. Espoir D’Elphigny (R. Gatt) 3. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) 4. Carnaval Du Vivier (C. Borg)

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Erromanga (Cherise Farrugia) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Jackpot Visais (F. Mallia) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Dauphin Hibe (Ch. Camilleri)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Extreme Erca (A. Magro) Ħin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Golden Noa (J. Buttigieg) 3. Fakir De Mone (D. Cortis) 4. Frisquette Snob (R. Schembri)

II Tiġrija. Semi Finali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Deal Des Marceaux (N. Azzopardi) Ħin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Rose Lloyd (D. Farrugia) 3. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 4. Ezior (Ch. Muscat) 5. Himitri Star (J. Spiteri) 6. Elvis Des Pignes (A. Cassar)

III Tiġrija. Semi Finali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Oyess LJ (P. Galea) Ħin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Gamine d’Hawai (I. Mazzitelli) 3. Gima Tege (C. Vassallo) 4. Oro Doc (M. Ellul) 5. Ficelujando (C. Magro) 6. Joyus (J. Gafa’)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Billie Holliday (R. Gatt) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Hitthebar (Ch. Camilleri) 3. Espoir d’Amour (P. Galea) 4. Fabio De La Vallee (I. Galea)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Conungen T.T. (R. Gatt) Ħin – 2.38.8” (1.14.2”) 2. Professor (J. Vassallo) 3. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 4. Daldry De L’Ante (M. Debono)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dream Maker (P. Galea) Ħin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) 3. Everest De Kacy (J. Buttigieg) 4. My Golden Eye (D. Farrugia)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cekito De Jupilles (R. Magro) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Global Rebel (Ch. Camilleri) 3. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) 4. Fira (N. Baldacchino)

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Akela Play (N. Baldacchino) Ħin – 2.37.9” (1.13.8”) 2. Laradja Vrijthout (M. Refalo) 3. Elixir Du Bocage (Ch. Camilleri) 4. Rampant (Ch. Degiorgio) 

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Miracle Of Heaven (H. Mc Kay) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Just Be Proud (Ch. Camilleri) 3. Gypsa Bella (S. Cassar) 4. Hero Sense (J. Gafa’) 

Sport