Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ilu fil-kariga ta president ftit aktar minn sena iżda persentaġġ qawwi ta’ Amerikani jridu jarawh jitneħħa mill-kariga. Il-maġġoranza tal-poplu Amerikan, inklużi ħafna Repubblikani, jixtiequ li jinbdew ukoll proċeduri ta’ legali kontra Trump.
Stħarriġ ġdid imwettaq minn Lake Research Partners f’isem l-organizzazzjoni “Free Speech for the People” wera li l-maġġoranza l-kbira tal-Amerikani huma diġà lesti li jaraw li Trump jitneħħa mill-kariga wara l-ewwel sena tiegħu li kienet waħda mill-aktar diffiċli u ta’ taqlib.
L-istħarriġ, li sar bejn is-26 u t-30 ta’ Marzu 2026, wera li 56% ta’ dawk li ħadu sehem jappoġġjaw proċedura ta’ “impeachment” kontra Trump, filwaqt li 40% oħra ma jaqblux.
Dawk li wettqu l-istħarriġ intervistaw 800 adult Amerikan madwar il-pajjiż kollu u nnutaw li l-votanti kellhom opinjonijiet b’saħħithom dwar jekk il-President għandux jiġi suġġett għall-proċedura legali (impeachment) jew le.
Dwar is-sejbiet ta dan l-istħarriġ, Lake Research Partners, qalet li r-riżultat ta dan l-istħarriġ huwa tassew impressjonanti. Hija maġġoranza ċara. Hija maġġoranza soda mifruxa fuq il-gruppi demografiċi kollha kif ukoll lil hinn mill-linji partiġjani.
Nota dwar id-data minn Lake Research Partners irrimarkat li 46% tat-52% ta’ dawk li riedu jaraw lill-President Trump suġġett għal proċeduri ta’ impeachment, appoġġjaw ‘bis-saħħa’ l-impeachment tiegħu.
Fost l-40% li ma ridux jaraw lill-President tagħhom suġġett għal proċeduri ta’ impeachment, 37% qalu li kienu kontra l-impeachment ta’ Trump b’mod qawwi. Meta jitqiesu flimkien, iċ-ċifri juru li l-opinjonijiet dwar il-President Trump iqanqlu fehmiet b’saħħithom ħafna fost l-Amerikani.
Dan l-istħarriġ jikkonferma dak li qed jiġri madwar il-pajjiż kollu: il-poplu Amerikan jifhem li Donald Trump joħloq theddida diretta għall-Kostituzzjoni u għall-istat tad-dritt, u li għandu jgħaddi mill-proċess tal-impeachment u jitneħħa mill-kariga pubblika, spjega John Bonifaz, ko-fundatur u president ta’ Free Speech For People.
“Free Speech for the People” huwa grupp ta’ promozzjoni legali u l-organizzazzjoni wara l-kampanja ‘Impeach Trump, Again’, li ġabret miljun firma favur l-impeachment ta’ Trump qabel l-aħħar protesti ‘No Kings’ f’Marzu tal-2026.
L-organizzazzjoni Free Speech for the People elenkat aktar minn ħamsa u għoxrin raġuni differenti li fuqhom temmen li Trump għandu jiġi suġġett għal proċeduri legali; dawn jinkludu l-avventuriżmu militari tiegħu fl-Amerika Latina, fil-Karibew u fil-Lvant Nofsani.
Għalkemm il-maġġoranza tar-Repubblikani (81%) qalu li kienu kontra l-proċedura kontra l-President Trump, madwar wieħed minn kull sebgħa (14%) appoġġjaw l-idea. Madankollu, ċifra waħda mir-riżultati żvelat problema kbira għal Trump u għall-Partit Repubblika.
Filwaqt li l-appoġġ jew l-oppożizzjoni tad-Demokratiċi u r-Repubblikani għall-proċess ta’ *impeachment* kontra Trump jikkorrispondi ma’ dak li kien mistenni minn dawn iż-żewġ gruppi partiġjani, il-votanti indipendenti esprimew fehma problematika dwar dan il-proċess.
Jekk Trump jitlef il-kontroll tal-Kamra tar-Rappreżentanti, essenzjalment jispiċċa president b’setgħa limitata ħafna bi ftit kapaċità li jkompli jwettaq il-politika tiegħu. Barra minn hekk, x’aktarx jiffaċċja wkoll proċeduri legali minn Kamra tar-Rappreżentanti mmexxija mid-Demokratiċi.




