L-Isqof ta’ Northampton, David Oakley, tressaq quddiem il-qorti fejn ġie akkużat li abbuża sesswalment minn tfajla ta’ 15-il sena waqt li kienu f’pelleġrinaġġ f’Lourdes.
Oakley li llum għandu 70 sena allegatament kellu x’jaqsam mat-tfajla mill-inqas darbtejn liema abbuż sesswali sar fl-ewwel snin tal-2000. Dakinhar l-Oakley li kien għadu saċerdot kellu fuq 40 sena.
Il-Prosekuzzjoni qalet li meta t-tfajla bdiet titkellem mal-pulizija allegat li l-Isqof kellu x’jaqsam sesswalment magħhom mill-inqas darbtejn f’okażżjonijiet differenti. Allegat li dawn l-abbużi seħħet f’Lourdes meta kienet marret miegħu biex jitolbu fil-post tant devot għal insara.
Il-Knisja ordnat lill-Isqof li ma jistax jamministra aktar is-sagramenti filwaqt li l-Maġistrat Paul Goldspring li quddiem tressaq l-imputat tah il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jitkellimx mal-allegat vittma.




