Kien eżatt lejlet Santa Marija, meta 100 sena ilu, tfajla ta’ 16-il sena Fraġniska Sultana kienet tilef ħajjitha traġikament.
Franġiska kienet miexja minn Triq ta’ Ħamet lejn darha fix-Xagħra, meta ntlaqtet minn karozza tal-linja u, sfortunatament, tilfet ħajjitha.
Dan it-tagħrif twassal minn Noel Vella li fuq il-midja soċjali kiteb li “ta’ min jgħid li dak iż-żmien it-trasport pubbliku f’Għawdex kien għadu fil-bidu tiegħu, billi kien ilu jopera biss mir-rebbiegħa tas-sena ta’ qabel.
“Din l-irħama, imwaħħla fuq plier, tfakkar din id-diżgrazzja fatali u tinsab proprju fil-post fejn seħħ dan l-inċident traġiku,” itemm jikteb Vella.

