Thursday, April 18, 2024

Aktar ħalbiet tax-xita mistennija sal-Ġimgħa li ġej

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ bosta lokalitajiet madwar il-gżejjer Maltin esperjenzaw l-ewwel ħalbiet tax-xita u f’xi lokalitajiet saħansitra nstemgħu wkoll xi sajjetti, it-temp illum kien wieħed xemxi u ftit imsaħħab.

Ritratt Roger Azzopardi

Jidher però li matul din il-ġimgħa se jerġa’ jkollna temp simili għal dak tas-Sibt. Dan hekk kif l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar ħalbiet iżolati tax-xita sal-Ġimgħa li ġej, filwaqt li nhar il-Ħamis se jkun hemm ukoll il-possibilità ta’ maltempata bir-ragħad.

Ritratt Roger Azzopardi

Skont is-sit ta’ tbassir tat-temp, It-Temp Madwarna, minn għada t-Tnejn it-temperaturi mhux mistennija jaqbżu t-30 grad u l-indiċi ultravjola mistennija jinżlu għal 7.

Ritratt Roger Azzopardi

It-temperatura tal-baħar ukoll qiegħda tinbidel u dan hekk kif qiegħ il-baħar qed jindika li hemm maltemp li jinsab viċin, filwaqt li l-wiċċ tiegħu beda jiksaħ.

Ritratt Roger Azzopardi

Skont informazzjoni ppubblikata minn dan is-sit, l-aktar lokalitajiet milqutin kienu dawk li jinsabu fit-Tramuntana ta’ Malta.

Ekonomija

Sport