Friday, December 13, 2024

Aktar membri onorarji rikonoxxuti għall-kontribut tagħhom

Aqra wkoll

Fost dawk li ngħataw il-membri onorarji kien hemm is-Sinjura Simone Attard MOM, figura prominenti fir-riproduzzjoni assistita u fil-councelling tal-infertilità. Hija kkontribwixxiet fis-settur tal-fertilità għal dawn l-aħħar 26 sena, partikolarment bħala esperta tal-Kumissjoni Ewropea dwar il-Viġilanza ta’ Sustanzi ta’ Oriġini Umana u Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Kienet strumentali fl-iżvilupp tal-kura tal-IVF f’pajjiżna bir-riżultati milħuqa f’Malta jaqbżu l-medja tal-Ewropa.

Dott Narcy Calamatta MOM, mwieled fl-1939ħadem bħala għalliem u ma’ bank Ingliż waqt li serva fit-territorial army bħala Logutenent. Ta’ 28 sena huwa mar Londra biex jaħdem fit-televiżjoni u fl-1971 ġie lura Malta biex isir attur. Sitt snin wara huwa introduċa l-ġbid tal-films b’kamera waħda fuq sensiela televiżiva ironika Wenzu u Rożi. Tul il-ħames snin li għamel bħala direttur maniġerjali tal-film studios nazzjonali huwa nnegozja l-bini tal-akbar tank fid-dinja għall-ġbid tal-films taħt l-ilma kif ukoll il-bini tas-sett ta’ Popeye Village fil-Mellieħa.

Prof Daniel Massa MOM twieled fl-1936 u huwa poeta Malti distint u studjuż tal-letteratura. Il-karriera twila tiegħu hija mifruxa fuq diversi deċenji u tat kontribut importanti lil-letteratura, kemm Maltija kif ukoll dik Ingliża.

Huwa kien rikonoxxut fl-2023 fejn ngħata l-prempju prestiġjuż Lifetime Achievment Award waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ix-xogħol tiegħu jibqa’ jinfluwenza u jispira x-xena letterarja Maltija.

Mr Clarence Leslie Pace MOM twieled fl-1976 u gradwa bħala dentist fl-1999 u bħala tabib u kirurgu fl-2005 mill-Università ta’ Malta. Wara taħriġ estensiv fi sptarijiet fir-Renju Unit, fl-2015 irritorna Malta u kien l-ewwel kirurgu Maxillofacial fis-servizz tas-Saħħa Pubblika.

Fil-preżent huwa Lettur Anzjan fl-Università ta’ Malta u jservi bħala Ambaxxatur għal Malta għar-Repubblika tal-Kroazja.

Prof Paul Pace MOM huwa figura prominenti fl-edukazzjoni għall-iżvilupp Sostenibbli (ESD) Malta. Waqqaf u mexxa ċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali u r-Riċerka (CEER). Serva bħala chairperson għall-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta għall-ESD u bħala viċi-chairperson tal-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Ambjent tal-Knisja. Huwa kellu rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-programm edukattiv EkoSkola f’kollaborazzjoni ma’ Nature Trust  – FEE fl-2022.

Prof Charles Scerri MOM  iggradwa fl-Univeristà ta’ Malta fl-1992. Huwa kompla l-istudji tiegħu fid-Diviżjoni tal-Patoloġija u n-Newroxjenza fl-Università ta’ Dundee, fl-Iskozja fejn kiseb dottorat fl-2004.

Meta rritorna lura huwa waqqaf is-Soċjetà Maltija għad-Dimensja fejn kien strumentali biex jiżdied l-għarfien filwaqt li kien minn ta’ quddiem biex jiġu varati servizzi innovattivi għal persuni li jgħixu bid-dimensja u dawk li jieħdu ħsiebhom, kemm fil-komunità kif ukoll f’ċentri residenzjali.

Il-Kmandant Allen K. Harkek MOM (ONOR) huwa uffiċjal irtirat distint tal-gwardja kostali tal-Istati Uniti (USCG). Fil-preżent huwa responsabbli mis-superviżjoni ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni ta’ dgħajjes tal-pattulja.

L-esperjenza tiegħu kienet indispensabbli wkoll għall-FAM fl-2015 meta kienet qiegħda tfittex biex takkwista bastiment ġdid tal-pattulja offshore fejn għen għal proċess ta’ evalwazzjoni pożittiv biex setgħu jiġu żgurati fondi essenzjali mill-UE.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport