Wara ż-żewġ terremoti li seħħew fil-Venezwela, diversi mexxejja minn madwar id-dinja qegħdin jibgħatu messaġġi ta’ sapport u solidarjetà.
Il-President Franċiż, Emmanuel Macron kiteb fuq X li qiegħed jibgħat messaġġ ta’ solidarjetà mal-poplu tal-Venezwela u messaġġ ta sapport għal dawk kollha li qegħdin jaħdmu biex isalvaw eluf kbar ta’ nies.
Il-Prim Ministur Spanjol Pedro Sánchez qal li kien qiegħed f’kuntatt mal-awtoritajiet tal-pajjiż biex jara kif Spanja tista’ tgħin f’din it-traġedja.
L-istess messaġġ qalu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż fejn qal li għalkemm s’issa ma hemm l-ebda rapport li xi ċittadin Ċiniż tilef ħajtu, xorta waħda pajjiżu lest li jgħin fit-tfittxija għal vittmi.
Il-President ta’ El Salvador qal li ordna li jintbgħatu 300 ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, ħafna tobba u diversi apparat biex jgħin fit-tfittxija. Qal li fost l-oħrajn se jkun qiegħed jibgħat 50 tunnellata ta’ mediċina, ikel u bżonnijiet bażiċi oħrajn.
Min-naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li ta struzzjonijiet ċari lill-aġenziji tal-Gvern biex ikun lesti biex imorru lejn il-Venezwela. Is-Segretarju tal-Istat Marco Rubio qal li pajjiżu qiegħed jingħat diversi timijiet ta’ ħaddiema tas-salvataġġ u anke riżorsi mediċi.

