Thursday, November 12, 2026
Home Internazzjonali Aktar minn 100 intervent tal-Pumpiera wara għargħar u xita qawwija f’Castelnuovo Magra...

Aktar minn 100 intervent tal-Pumpiera wara għargħar u xita qawwija f’Castelnuovo Magra fl-Italja

0
29

Il-Pumpiera Taljani kellhom jintervjenu f’aktar minn 100 każ f’Castelnuovo Magra, fiż-żona ta’ La Spezia, wara li minn tard filgħodu tal-bieraħ is-sitwazzjoni saret waħda diffiċli minħabba l-maltemp.

L-aktar sitwazzjoni kritika ġiet irreġistrata f’Castelnuovo Magra, fejn il-Pumpiera kellhom iwettqu aktar minn 100 intervent relatat ma’ persuni li sabu ruħhom f’diffikultà, toroq u proprjetajiet mgħarrqa kif ukoll ħsarat ikkawżati mill-ilma.

Minħabba l-għadd kbir ta’ interventi u s-severità tas-sitwazzjoni, intbagħtu wkoll rinforzi tal-Pumpiera ta’ Ġenova u Savona biex jgħinu lill-iskwadri li kienu diġà fuq il-post.

Is-sitwazzjoni wasslet għal operazzjoni estensiva ta’ salvataġġ u assistenza f’din iż-żona tal-Italja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here