Tuesday, April 30, 2024

Aktar minn 100 jott irreġistrati għar-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

B’50 jum għall-bidu tat-42 Rolex Middle Sea Race, ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) qed tipprepara ruħha għal flotta impressjonanti.

L-aħħar sottomissjoni li daħlu llum kienu mill-jott Svediż Blur u l-jott Ingliż Akouavi. Dawn ġabu t-total tal-lista tad-dħul għal 101 jottijiet li jirrappreżentaw 24 pajjiż. Bil-għeluq tal-iskrizzjonijiet skedata għall-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, bid-diskrezzjoni tal-RMYC li taċċetta jottijiet oħra sal-Ġimgħa, l-1 ta’ Ottubru, hemm potenzjal ċar li l-2021 ser tikkompeti ma wħud mill-flotot li kienu jlaħħqu it-tlett figure qabel ma bdiet il-pandemija. 

“Ninsabu soddisfatti ħafna bir-rispons tal-komunità tal-ibburdjar offshore,” stqarr il-Commodore tar-Royal Malta Yacht Club David Cremona. “L-2020 wera l-popolarità tal-avveniment ewlieni tar-Royal Malta Yacht Club u l-kapaċità tal-Club li jospita  t-tellieqa f’ċirkostanzi impenjattivi. Din is-sena qeda turi li l-popolarità hija b’saħħita daqs qatt qabel. Aħna grati ħafna lis-sidien u l-ekwipaġġi li lesti li jagħmlu l-isforz konsiderevoli sabiex jipparteċipaw minkejja l-inċertezzi kontinwi”

Il-lista tad-dħul hija magħmula minn ekwipaġġi professjonali u dilettanti, b’jottijiet multihulls u monohulls, maxis u jottijiet żgħar. L-akbar kontinġent huwa minn Franza bi 18-il jott, inklużi kontendenti b’saħħithom bħal Albator ta’ Philippe Franz, li ħa it-tielet post fl-IRC fl-2018, u Solenn For Pure Ocean ta’ Gerard Ludovic (li kiseb l-10 post fl-istess sena). Noel Racine kien ir-raba fl-2016 b’iterazzjoni preċedenti ta’ Foggy Dew. L-aħħar rebħa ta’Franza fit-tellieqa ġiet miksuba fl-2018 minn Courrier Recommandé, li kien viċin li jsegwi dan is-suċċess fl-2019.

L-Italja tibqa l-iktar pajjiż li bl-ikbar rappreżentanza. Il-jottijiet Taljani rebħu r-Rolex Middle Sea Race f’14-il okkażjoni. L-Italja għanda l-iktar numru ta’ rebħiet, inkluż Mascalzone Latino kien l-iktar reċenti fl-2016, b’B2 jirbaħ fl-2015 u fl-2013. 

Il-jottijiet li huma ta’ interess jinkludu l-J / 99 Tokio ta’ Massimo Minozzi, il-Comet 45R Libertine ta’ Marco Paolucci kif ukoll il-J /109 Chestress ta’ Leonardo Petti. Ħafna mill-għajnejn se jkunu fuq il-ripetizzjoni tal-battalja li saret fl-2020 bejn il-Maserati Multi 70 ta’ Giovanni Soldini u l-MOD70 Mana ta’ Ricardo Pavoncelli, li qasmu l-unuri tal-linja u l-kategorija MOCRA f’kompetizzjoni stretta. Din is-sena, se tkun taqtiha bejnhom u l-MOD70 Argo ta’ Jason Carroll, waħda mill-ħames jottijiet Amerikani. 

Malta ser tkun qeda tiġi rappreżentata minn kontinġent ta’kwalità għolja. 12-il jott, li jinkludi il-jott Elusive 2, ko-kaptan mill-aħwa ta’ Podesta – Aaron, Christoph u Maya. Elusive 2 rebaħ żewġ edizzjonijiet wara xulxin, fl-2019 u fl-2020. 

 “Minn meta r-Rolex Middle Sea Race reġgħet kisbet il-fama ta’ tellieqa klassika offshore fl-1996, saret parti integrali f’ħajjitna,” spjegat Maya. “Huwa appuntament permanenti ta ‘kull sena, mhux biss għat-tellieqa nnifisha, iżda wkoll ir-rabta li għanda mal-familja tagħna minn mindu bdejna ntellqu ma’ missierna (Arthur) għall-ewwel darba fil-bidu tas-snin 2000″.

Skond Aaron, il-preparazzjoni qatt ma ssir iktar faċli. “It-tlielaq offshore huma wieħed minn dawk l-isport fejn għandek bżonn tkun żgur li kollox huwa armat sew. Inqattgħu ħafna ħin niżguraw li d-dgħajsa tkun organizzata ħafna. “

L-aħwa Podesta huma ambaxxaturi kbar tat-tellieqa u dak kollu li toffri. Huma entużjasti li jattiraw flotot akbar u aħjar, minkejja l-kompetizzjoni akbar li ġġib magħha. “Jeħtieġ ħafna xogħol iebes u dedikazzjoni għall-preparazzjoni, attenzjoni għad-dettall biex tlesti r-Rolex Middle Sea Race, aħseb u ara tirbaħha,” qal Christoph. “Għal dawk l-ekwipaġġ li qed jipparteċipaw għall-ewwel darba, l-aħjar parir tagħna huwa li wieħed jiffamiljarizza ruħu mad-dgħajsa u żżomm għajnejk u widnejk miftuħa  għall – kull tibdil fil-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi, anke meta tkun rieqed.”

Parti mill-flotta Maltija ser jkun Artie III ta’ Lee Satariano. Artie rebħet it-tellieqa darbtejn. Magħhom ser jkun hemm Ton Ton Laferla Insurance ta’ Jonathan Gambin, li kiseb it-tielet post fl-2020, Unica ta ’Jamie Sammut, rebbieħa tal-klassi double handed fl-2016, u l-Calypso J / 99 ta’  Sebastian Ripard, neputi tas-Sur John Ripard Senior – ko-fundatur tat-tellieqa u rebbieħ tal-ewwel tellieqa fl-1968.

Jottijiet Maltin oħra jinkludu l-ICE52 RS Otra Vez li għadha kif ġiet imnedija, proprjetà ta’ Aaron Gatt Floridia, li l-aħħar parteċipazzjoni fit-tellieqa kienet fl-2018. Comanche Raider 3 (Ramon Sant Hill), Janissah (Mario Debono), Openpayd Sekuritance Maltese Falcon II ta’ Jonathan Camilleri Bowman flimkien mal-J109s JYS Jan u JYS Jarhead tal-Fondazzjoni Jarhead.

Il-jottijiet Ingliżi huma b’saħħithom ukoll, bi 11 il-jott s’issa, inkluż Pata Negra ta’ Andrew Hall Pata Negra ħadet it-tielet post taħt l-IRC fir-Rolex Fastnet Race ta’ din is-sena. Sailplane ta’ Rob Bottomley ġie l-ħames, fl-istess tellieqa, filwaqt li Phosphorus II ta’ Mark Emerson spiċċa fis-sitt post. Dawn ir-riżultati jissuġġerixxu sfida impenjata mill-Ingliżi biex jirbħu tellieqa. L-aħħar suċċess miksub mill-Inglizi kien fl-2009 bil-jott Alegre ta ’Andre Soriano. 

Il-flotta fiha wkoll jottijiet li għandhom il-possibilta li jmorru tajjeb u jiksbu it-trofew tar-Rolex Middle Sea Race, partikolarment jekk japproffitaw mill-kundizzjonijiet, jekk ikunu xierqa. 

Id-dħul Svediż ta Jonas Grander, Matador, li ġie r-raba’ fir-Rolex Fastnet Race, l-ekwipaġġ Caro ta ’Maximilian Klink għandu esperjenza tal-aqwa għaxar riżultati f’din it-tellieqa bil-jott preċedenti tagħhom. Huwa diffiċli wkoll li tinjora lil Rambler ta ’George David. Fl-ewwel ħarġa tiegħu fl-2007, David kiseb ir-rebħa ġenerali, line honours u stabilixxa r-rekord tat-tellieqa. Is-suċċess kontinwu tal-line honours tista tkun diffiċli bil-kompetizzjoni li jaffaċċaw bil-jott ta’ 100 pied Comanche u Skorpios ta’ 140 pied.  

Kollox ma’ kollox, ir-Rolex Middle Sea Race tal-2021 ser terġa’ tkun waħda interessanti. 

It-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt, 23 ta’ Ottubru 2021.

Sport