Saturday, May 18, 2024

Aktar minn miljun persuna ħarbu mis-Sudan minħabba l-kunflitt fil-pajjiż

Aqra wkoll

Aktar minn miljun persuna ħarbu mis-Sudan fi stati ġirien oħra, hekk kif iċ-ċittadini f’dan il-pajjiż qed jispiċċaw mingħajr ikel u saħansitra jmutu minħabba nuqqas ta’ kura tas-saħħa wara erba’ xhur ta’ gwerra.

Il-ġlied bejn l-armata Sudaniża u l-forzi paramilitari qered il-kapitali Khartoum u qanqal attakki oħra f’Darfuf, li qed jheddu li jdaħħlu lis-Sudan fi gwerra ċivili fit-tul u li jiddistibilizzaw ir-reġjun.

“Qed jagħlaq iż-żmien biex il-bdiewa jħawlu l-qmugħ li se jitimgħu lilhom u lill-ġirien tagħhom. il-provvisti mediċi huma skarsi. Is-sitwazzjoni hi waħda bla kontroll,” qalu l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti fi stqarrija konġunta li ħarġu. 

Il-gwerra wasslet biex 1,017,449 persuna mis-Sudan imorru f’pajjiżi oħra ġirien, b’ħafna diġà qed jissieltu mal-impatt ta’ kunflitti jew kriżijiet ekonomiċi, filwaqt li dawk spostati fis-Sudan huma stmati li jammontaw għal 3,433,025. 

Il-ġlied fis-Sudan beda f’April li għadda minħabba tensjonijiet marbuta ma’ tranzizzjoni ppjanata għall-ħakma ċivili, li esponew liċ-ċittadini fil-kapitali u lil hinn minnha għal battalji u attakki ta’ kuljum. 

Il-miljuni ta’ nies li baqgħu f’Khartoum u bliet oħra fir-reġjuni ta’ Darfur u Kordofan iffaċjaw serq lampanti u qtugħ fit-tul tal-provvista tal-elettriku, servizzi ta’ komunikazzjoni u ilma. 

Sport