Thursday, November 21, 2024

Aktar tard illum jitħabbar l-isem tal-Aġent Kap Eżekuttiv tal-ħabs

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri f’reazzjoni għas-sospensjoni ta’ Alex Dalli minn Kap Eżekuttiv tal-ħabs, ħabbar li lejla se jkun qiegħed jitħabbar minn se jkun l-Aġent Kap Eżekuttiv tal-ħabs.

F’kummenti li ta’ lil MaltaToday, Camilleri qal li l-inqas persuni li jistgħu jitkellmu fuq il-ħabs huma lanqas li jistgħu jitkellmu fuq il-ħabs. Fakkar li fi żmien il-Partit Nazzjonalista kien hawn sitwazzjoni ta’ “Ġungla” li jeħtieġ li naraw li ma nerġgħux immorru lura għal dak il-perjodu. 

Huwa kkonferma li f’kull inkjesta li saret b’rabta ma’ dawn l-imwiet, kien hemm waħda biss li qalet li kien hemm xi nuqqas min-naħa tal-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u ttieħdu l-proċeduri li kellhom jittieħdu.

Huwa kkonkluda li hu kellu u għad għandu l-obbligu li jiddeċiedi fuq l-fatti.

Sport