Wara li t-team nazzjonali Malti tan-nisa ħa sehem fil-Kampjonat Ewropew tal-Under/20 tan-Nisa f’Oeiras, il-Portugall, mil-lum sa nhar il-Ħadd li ġej imiss li jidħol fl-azzjoni t-team tal-Irġiel li se jieħu sehem fid-Diviżjoni Elite tal-Kampjonat Ewropew Under/20 f’Varna, il-Bulgarija.
B’kollox se jieħdu sehem 16-il team li huma maqsuma f’erba’ gruppi ta’ erba’ timijiet f’kull wieħed kif ġej:
Grupp A: Kroazja, Greċja, Ungerija, Italja.
Grupp B: Spanja, Ġermanja, Montenegro, Serbja.
Grupp C: Bulgarija, Franza, Slovenja, Turkija.
Grupp D: Repubblika Ċeka, MALTA, Olanda, Rumanija.
It-tliet logħbiet tal-Maltin huma:
Illum fil-10.45 am: Olanda v Malta.
Għada fid-9.30 am: Malta v Repubblika Ċeka.
L-Erbgħa fin-12.30 pm: Rumanija v Malta
Imbagħad il-Ħamis u l-Ġimgħa Malta tkun involuta fis-semi-finali u fil-finali għall-fini tal- klassifikazzjoni.
Il-kontinġent Malti huwa ffurmat minn dawn il-players:
Birżebbuġa: Miguel Cassar.
Neptunes: Max Lanzon, Enrico Mallia, Andreas Micallef (goalkeeper), Julian Valletta.
San Ġiljan: Nathan Bonavia, Dean Bugeja, Luigi Dimech.
Sliema: Jayden Cassar, Julian Chircop, Jayden Cutajar, Zach Allen Dzanovic (goalkeeper), Sam Engerer, Elijah Schembri, Philip Tabone.
Il-coach ewlieni huwa Milan Cirovic li għandu miegħu lil Jonathan Valletta bħala assistent coach, Andrew Pisani fiżjoterapista, Charles Portelli, manaġer ġenerali u Christopher Sladden bħala uffiċjal tat-team.




