L-attività vulkanika li għaddejja fil-Muntanja Etna qed toħloq ambjent operattiv diffiċli ħafna.
KM Malta Airlines qed taħdem mill-qrib mal-Ajruport ta’ Katanja u l-awtoritajiet rilevanti biex iżżomm l-operazzjonijiet skedati kull meta jkun sikur li tagħmel dan.
Madankollu, l-attività vulkanika, ir-riħ u l-kundizzjonijiet tat-temp jistgħu jinbidlu malajr. Fejn tkun disponibbli biżżejjed informazzjoni minn qabel, KM Malta se tagħmel kull sforz biex jinfurmaw lill-passiġġieri affettwati kmieni kemm jista’ jkun.
Fi stqarrija, ingħad li madankollu, hemm ċirkostanzi li jiġu introdotti restrizzjonijiet operattivi b’avviż qasir, li jeħtieġu deċiżjoni biex tittardja jew tiġi kkanċellata titjira, viċin il-ħin skedat tat-tluq tagħha.
KM Malta Airlines qalet li tifhem bis-sħiħ l-inkonvenjent u l-inċertezza li bidliet tard bħal dawn jistgħu jikkawżaw lill-passiġġieri tagħna. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet vulkaniċi jew tat-temp li jinbidlu jippreżentaw riskju potenzjali għall-operat sikur ta’ titjira, KM Malta Airlines mhux se toqgħod lura milli tikkanċella dik it-titjira”.
Spjegat li s-sigurtà tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ hi l-prijorità ewlenija tagħha. Fl-istess ħin, it-timijiet operattivi tagħhom se jkomplu jaħdmu mill-qrib mal-Ajruport ta’ Katanja u l-awtoritajiet biex jimmassimizzaw kull opportunità biex joperaw is-servizzi skedati b’mod sikur matul din is-sitwazzjoni dinamika ħafna.
