Għaddas jitlef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-akwati tal-Gżejjer ta’ San Pawl

Aqra wkoll

Għaddas ta’ 41 sena residenti r-Rabat, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xi
xogħol fl-akwati tal-Gżejjer ta’ San Pawl.

Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident għall-ħabta ta’ 12:00 p.m. L-għaddas iddaħħal fuq il-moll ta’ Buġibba mill-Forzi Armati ta’ Malta, fejn hemmhekk kien hemm tim mediku li beda jassistih, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta sabiex tiġi
ddeterminata l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post taxXogħol, dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport