Anzjana bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozzaf’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Santa Marija, Ħal Luqa.

Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u rriżulta li mara ta’ 79 sena residenti Ħal Luqa
kienet intlaqtet minn Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 57 sena residenti Ħal
Kirkop.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn
ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport