Wednesday, July 24, 2024

Al Ahli jridu lil Kyle Walker

Aqra wkoll

Id-difensur Ingliżi Kyle Walker jista’ jispiċċa jilgħab fl-Arabja Sawdija hekk kif qed jiġi segwit minn Al Ahli. Ma’ dan it-tim qed jilgħab Riyad Mahrez li inċidentalment kien eks-plejer ta’ The Citizens u li ġie akkwistat riċentement.

Walker, li għandu 33 sena, hu wieħed mill-plejers li se jitlaq minn Etihad Stadium fl-aħħar ta’ dan l-istaġun sabiex isib xortih x’imkien ieħor. Wara li Bayern Munich ma waslux għalih f’Jannar li għadda, Al Ahli huma lesti li joffrulu salarju attraenti biex iħajruh.

Ekonomija

Sport