Monday, May 13, 2024

Al Ettifaq isibu s-sostitut ta’ Jordan Henderson

Aqra wkoll

Wara li Jordan Henderson telaq lil Al Ettifaq ħabta u sabta sabiex ingħaqad ma’ Ajax Amsterdam fl-Olanda, dan it-tim mill-Arabja Sawdija sab is-sostitut tiegħu hekk kif akkwistaw is-servizzi ta’ Alvaro Medran. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Spanjola.

Medran kiber fl-akkademja ta’ Real Madrid qabel ma lagħab ukoll ma’ Valencia, Getafe, Alaves u Chicago Fire.

Għal dawn l-aħħar sentejn, Medran kien qed jilgħab fl-Arabja Sawdija ma’ Al Taawoun u għalhekk dera’ sew l-ambjent f’dan il-pajjiż.

Sport