Saturday, November 23, 2024

Al-Ittihad jgħollu l-offerta għal £215-il miljun għall-firma ta’ Mohamed Salah

Aqra wkoll

Tard it-Tnejn filgħaxija Al-Ittihad għamlu offerta ta’ £215-il miljun biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Eġizzjan ta’ Liverpool, Mohamed Salah. 

Wara li r-Red baqgħu jwebbsu rashom li dan il-player mhuwiex għall-bejgħ, il-club Sawdi għolla l-offerta tiegħu li jekk dan it-trasferiment iseħħ sal-Ġimgħa 12.00 am, ikun rekord tad-dinja. 

Din hija somma li Liverpool ma jistgħux jirrifjutaw meta wieħed iqis li l-kuntratt ta’ Salah jintemm f’Ġunju 2025.

Għaldaqstant, it-Tliet filgħodu, il-bord tad-diretturi tal-club Ingliż se jiltaqgħu b’urġenza dwar din is-sitwazzjoni. 

Jekk Salah jingħaqad ma’ Al-Ittihad, huwa se jkollu salarju ta’ £2.45 miljuni fil-ġimgħa minbarra inċentivi oħra li jlaħħqu t-£3 miljuni. 

Jekk dan it-trasferiment iseħħ, il-mira ewlenija ta’ Liverpool fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar se jkun il-winger internazzjonali ta’ Georgia, Khvicha Kvaratskhelia, li l-kuntratt tiegħu jintemm fl-2027, bis-salarju huwa dak miżeru ta’ €18,500 fil-ġimgħa. 

Sport