Sunday, May 5, 2024

Al Shabab wara Matteo Politano

Aqra wkoll

Napoli rċevew offerta minn Al Shabab tal-Arabja Sawdija għall-winger lemini Matteo Politano. Dan tal-aħħar għandu 30 sena u ilu jilgħab mal-Partenopei sa mis-sena 2020 filwaqt li kien wieħed mill-plejers fundamentali sabiex it-tim rebaħ il-kampjonat fl-istaġun li għadda.

Al Shabab offrew is-somma ta’ €19-il miljun għal kuntratt ta’ sentejn. Hu għadu qed jaħsibha u qed jikkonsulta mal-aġent tiegħu.

Politano lagħab ukoll ma’ Sassuolo, Inter, Perugia u Roma fil-passat.

Sport