Monday, May 13, 2024

Karim Benzema mistenni jitlaq lil Al Ittihad

Aqra wkoll

Wara Jordan Henderson li ftiehem ma’ Al Ettifaq sabiex itemm il-kuntratt tiegħu, jidher li anke Karim Benzema jista’ jħalli l-Arabja Sawdija u eventwalment jitlaq lil Al Ittihad.

Meta kien qed jitkellem fuq stazzjon tat-televiżjoni Ingliż, l-eks difensur Rio Ferdinand qal li Manchester United iridu jmorru għal Benzema għax apparti li hu skorer prolifiku, dan joffri esperjenza kbira fuq quddiem.

Minkeja kollox, ir-Red Devils ħabbru li mhux interessati fl-eks plejer ta’ Real Madrid.

Sport