Wednesday, July 24, 2024

Barcelona jikkuntattjaw lil Jesse Lingard

Aqra wkoll

Barcelona qed jaħsbu sabiex iġibu lil Jesse Lingard fl-iskwadra tagħhom. Dan il-midfielder Ingliż ilu bla klabb sa minn Ġunju li għadda u peress li hu aġent ħieles, ma jridu jħallsu l-ebda ewro għalih. 

Lingard lagħab l-aħħar ma’ Nottingham Forest għalkemm il-kuntratt tiegħu ma ġiex estiż. Hu tħarreġ ma’ West Ham United filwaqt li mar għall-prova ma’ xi timijiet fl-Arabja Sawdija iżda ma tantx għoġbu x-xogħol.

B’hekk feġġet is-soluzzjoni ta’ Barcellona li peress li għandhom problemi finanzjarji, jistgħu faċilment jakkwistaw lil dan il-plejer.

Ekonomija

Sport