Monday, December 23, 2024

Albaniż akkużat b’abbuż sesswali fuq mara Maltija

Aqra wkoll

Albaniż ta’ 42 sena li qal li jgħix San Paul il-Baħar, tressaq il-Qorti ftit tal-ħin ilu fejn ġie akkużat li wettaq abbuż sesswali fuq mara Maltija. L-akkużat baqa’ jinżamm arrestat filwaqt li l-Qorti ordnat li isem il-mara ma jiġix ippubblikat.

Il-prosekuzzjoni qalet li r-rapport mill-allegat vittma sar fl-1 ta’ April fl-għassa tan-Naxxar.

Intqal li hekk kif inħareġ mandant t’arrest kontra l-Albaniż hu kien imsifer, iżda hekk kif wasal lura Malta ġie arrestat.

L-imputat ġie akkużat ukoll li żamm l-allegat vittma kontra l-volonta tagħha, ġiegħla tagħmel affarijiet sesswali miegħu kontra l-volonta tagħha.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

L-avukat difensur ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif għad trid tixhed l-allegat vittma.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-allegat vittma.

Ekonomija

Sport