Tuesday, September 24, 2024

Albert Gudmundsson ma’ Fiorentina

Aqra wkoll

Permezz tas-siti soċjali tagħhom, Fiorentina ikkonferma l-akkwist ta’ Albert Gudmundsson mingħand Genoa. Ilbieraħ filgħodu l-plejer Iżlandiż wettaq it-testijiet mediċi u mistenni jkun parti mill-iskwadra l-ġdida tal-kowċ Raffaele Palladino.

Gudmundsson kien kuntent li għamel il-qabża fil-kwalita’ u f’kumment qasir li ta wiegħed lill-partitarji li se jkun qed jonora dan il-flokk vjola bl-aqwa mod possibbli.

Gudmundsson għandu 27 sena u jilgħab bħala attakkant. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ PSV Eindhoven u AZ Alkmaar.

Sport