Wednesday, June 3, 2026

Alec Fenech isir l-ewwel player Malti tal-waterpolo li rebaħ titlu ta’ Kampjonat barra minn Malta

Aqra wkoll

Alec Fenech sar l-ewwel player Malti tal-waterpolo li rebaħ titlu ta’ Kampjonat barra minn Malta.

Dan hekk kif huwa ġie inkurunat Champion Rumen tal-2026 ma’ CSA Steaua București.

CSA Steaua București assiguraw il-21 titlu nazzjonali tagħhom wara sensiela finali eċċitanti ta’ ħames logħbiet kontra CSM Oradea, li kkonkludiet b’rebħa drammatika ta’ 10–9 fil-ħames logħba deċiżiva.

Alec kellu rwol ewlieni matul l-istaġun u issa jingħaqad ma’ grupp elite ta’ players li kisbu suċċess f’wieħed mill-aktar livelli kompetittivi tal-waterpolo fl-Ewropa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport