Bayer Leverkusen ingħaqdu ma’ Atletico Madrid fit-tellieqa biex fis-sajf jakkwistaw lill-winger ta’ Manchester United Alejandro Garnacho. Ir-Red Devils mistennija jitolbu ħlas ta’ madwar £70 miljun għall-attakkant Arġentin.
Garnacho għandu 20 sena u jilgħab bħala winger fuq in-naħa leminija tal-grawnd. Hu lagħab 88 logħba mar-Red Devils u skorja 15-il gowl kemm ilu li ngħaqad magħhom f’Ġunju 2022. fil-passat hu kien jilgħab ukoll ma’ Getafe u Atletico Madrid.