Neptunes WPSC iħabbru l-akkwist ta’ Russell Caruana mingħand San Ġiljan ASC

Aqra wkoll

Neptunes WPSC ħabbru l-akkwist ta’ Russell Caruana, li qed jingħaqad mar-“Reds” permezz ta’ trasferiment mingħand San Ġiljan ASC.

Imwieled fl-2004, Russell huwa żagħżugħ ta’ talent xellugi u li diġà kiseb diversi unuri impressjonanti fil-livell tal-kbar minkejja l-età żgħira tiegħu.

Unuri mirbuħa minnu:

• Rebbieħ tal-Premier League (3 darbiet)

• Rebbieħ tal-Knockout (5 darbiet)

• Rebbieħ tat-Tazza tal-President (darbtejn)

Il-wasla ta’ Russell tkompli ssaħħaħ l-iskwadra ta’ Neptunes hekk kif player żagħżugħ u promettenti ieħor jingħaqad mat-tim biex ikompli l-iżvilupp tiegħu mat-tim mill-Balluta.

Fi stqarrija Neptunes qalu li jinsabu kuntenti ħafna li jilqgħu lil Russell magħhom u awgurawlu kull suċċess hekk kif qed jibda dan il-kapitlu ġdid mal-klabb.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport