Deċiżjoni storika għal Żabbar St Patrick FC … se jkun qed jiġi konvertit fi Sports Private Limited Liability Company (SPLLC)

Aqra wkoll

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-bieraħ, il-membri ta’ Zabbar SP approvaw unanimament il-konverżjoni tal-Klabb fi Sports Private Limited Liability Company (SPLLC) — pass deċiżiv lejn kapitlu ġdid u aktar professjonali fl-istorja ta’ 114-il sena ta’ dan il-klabb.

Bħala parti minn dan il-vjaġġ, Zabbar se jkunu qed jilqgħu wkoll lis-Sur Dragan Solak u lill-grupp ta’ investituri tiegħu, flimkien mal-president tagħhom, is-Sur Ryan Otto; l-involviment tagħhom se jgħin biex Żabbar St Patrick jilħaq livell ogħla, kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu.

Illum fl-4pm, il-ftehim se jiġi ffirmat uffiċjalment.

114-il sena mibnija fuq perseveranza, passjoni u twemmin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport