Alexei Navalny, li huwa kritiku kbir tal-Kremlin, ħeġġeġ lill-poplu Russu biex jinżel jipprotesta fit-toroq u dan wara li l-qorti ddeċidiet li żżommu arrestat għal 30 jum qabel il-ġuri tiegħu.
Dan minkejja pressjoni mill-pajjiżi tal-Punent biex jinħeles. Qabel il-ruling tal-qorti, in-Nazzjonijiet Uniti u l-pajjiżi tal-Punent kienu ħeġġew lil Moska biex teħles lil Navalny. Pajjiżi oħrajn ħeġġew għal sanzjonijiet ġodda fuq dan il-pajjiż. Min-naħa tagħhom l-awtorita- jiet Russu qalulhom biex ma jindaħlux.
Navalny kien ġie arrestat eżatt malli reġa’ rritorna lejn ir-Russja wara li allegatament kien ġie vvelenat b’nerve agent matul is-sajf li għadda. Huwa ġie arrestat talli kiser sentenza li kien ingħata fl-2014. L-attivisti ta’ Navalny mistennija li jagħmlu dimostrazzjoni kbira nhar is-Sibt li ġej, filwaqt li ssottomettew applikazzjoni għal rally ta’ 100,000 persuna għall- aħħar ta’ dan ix-xahar.