Sunday, December 22, 2024

“Allaħares ma kontux intom il-Hospice għalina”

Moira Stafrace turi l-gratitudni tagħha lejn l-għajnuna li rċeviet fl-iktar żmien diffiċlli ta' ħajjitha

Aqra wkoll

Hospice Malta se jkunu qed jagħmlu maratona ġbir ta’ fondi nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju. Fost dawk in-nies li ġew bżonn l-għajnuna tal-Hospice kienu l-koppja Chris Scicluna u Moira Stafrace. 

Moira Stafrace, li flimkien ma’ Chris kienu rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1994, kienet qalet li ma felħux jarawh ibati aktar u li ma kienx ħaqqu jbati b’dak il-mod. Hija rrakkuntat kif Chris kien issielet mal-kanċer għal sentejn sħaħ u fl-istess perjodu tilfet il-ġenituri tagħha.

Moira tgħid li allaħares ma kinux il-Hospice li offrew l-għajnuna tagħhom, mhux biss għal Chris li kien qed jiġġieled il-battalja tal-kanċer, iżda wkoll għaliha personali li kienet għaddejja minn żmien diffiċli ħafna għax f’temp ta’ sena difnet lill-ġenituri tagħha u lil żewġha Chris. Moira tgħid li allaħares ma kinux il-Hospice li offrew l-għajnuna tagħhom, mhux biss għal Chris li kien qed jiġġieled il-battalja tal-kanċer, iżda wkoll għaliha personali li kienet għaddejja mill-agħar żmien ta’ ħajjitha ħafna għax f’temp ta’ sena difnet lill-ġenituri tagħha u lil żewġha Chris. 

Hija kompliet titkellem dwar wieħed mill-iktar perjodi diffiċli f’ħajjitha meta tilfet il-ġenituri tagħha u kellha tirritorna d-dar wara l-kwarantina. Tgħid li waqt li kienet tassew imnikkta bit-telfa tal-ġenituri tagħha, riedet tieħu ħsieb ukoll lil Chris li kien qed jissielet mal-kanċer.

Moira temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lil Hospice Malta li daħlu bi ħġarhom u kienu hemm għalihom f’dawk il-mumenti tant diffiċli. 

Ekonomija

Sport