Saturday, December 21, 2024

Allegatament heddidha li “jqattagħha biċċiet u jitfagħha f’bagalja”

Aqra wkoll

Raġel ta’ 48 sena residenti Santa Venera, wieġeb mhux ħati wara li ġie akkużat li waqt argument li kellu mas-sieħba tiegħu, allegatament heddidha li kien se “jaqtgħalha rasha, iqattagħha biċċiet u jitfagħha f’bagalja”.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma telgħet fil-vettura miegħu hemm inqala l-arġument. Huma waqfu f’pompa tal-petrol u kien hawn li l-mara sejħet għall-għajnuna.

Fil-Qorti ntqal li kif ir-raġel ra d-dawl tal-vettura tal-pulizija ħarab minn fuq il-post bil-vittma kienet għadha fil-karozza. Kien hawn li allegatament li hi qalgħet xi daqqiet f’rasha.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tilqa’ din it-talba b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jħallas depozitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €3,000, u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Ekonomija

Sport