Is-sit tal-aħbarijiet Politico fl-aħħar sigħat ħareġ allegazzjonijiet dwar il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Mersola. F’artiklu li ppubblika dan is-sit, ġie allegat li Metsola ma ddikjaratx l-interess ta’ żewġha Ukko li hu Fillandiż fejn għandu interessi fl-industrija tal-cruiseliner fost l-oħrajn fir-Royal Caribbean Group.
Politico jirrapporta li Metsola wara l-każ tal-2022 Qatargate kienet imbuttat bis-saħħa kodiċi tal-edika ġodda li kull Uffiċjal Għoli tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara kull kunflitt ta’ interess anke jekk ikun jinvolvi l-familja tiegħu. Iżda imbagħad, ikompli Politico, Metsola ma ħassitx li kellha tagħmel dikjarazzjoni dwar Ukko li hu wieħed mill-akbar lobbyist fl-Ewropa.
L-istess sit tal-aħbarijiet jikkwota lil Nicholas Aiossa, Direttur ta’ Transparency International EU. Hu jiġi kwotat jgħid li “ma hemm l-ebda raġuni għaliex il-President Metsola – jew kull president ieħor – għandu jiġi eżentat milli jagħmel dikjarazzjonijiet bħal dawn.”
Nicholas jiġi kwotat jgħid li “jien inkompli nargumenta li żewġek jew martek li huma nvoluti f’attività li minnha taqla l-flus jew anke jekk ma taqlax, li bil-pożizzjoni tagħhom jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-politika Ewropea, dawk l-uffiċjali għandhom jiddikjaraw dan l-interess.”
Skont dak li ġie rrapportat minn Politico, ir-raġel ta’ Mersola anke talab laqgħat ta’ Royal Caribbean Group mal-Unjoni Ewropea. Emails li jinsabu f’idejn is-sit Politico jgħidu li hu ġie mwieġeb f’inqas minn tliet kwarti u ngħata appuntament għal ġimgħa ta’ wara.
Intant, Jüri Laas, il-kelliem għall-President Metsola ċaħad li r-rwol ta’ żewġha kellha tiddikjarah. “Li wieħed jipprova jikklassifika li l-impjieg ta’ Ukko hu b’xi mod kunflitt ta’ interess huwa żbaljat. Li tkun miżżewwġa lil persuna li jaħdem ma jikkontistix f’kunflitt ta’ interess u dan skont ir-regoli tal-Parlament Ewropew,” qal il-kelliem ta’ Metsola.