Tuesday, September 29, 2026
Home Sport World Grand Prix tad-Darts: Iċ-champion renjanti Luke Littler eliminat fl-ewwel round

World Grand Prix tad-Darts: Iċ-champion renjanti Luke Littler eliminat fl-ewwel round

0
49

Id-difiża tat-titlu ta’ Luke Littler fil-World Grand Prix spiċċat fl-ewwel round, hekk kif Luke Woodhouse għeleb lin-numru wieħed fid-dinja 2-1 f’Leicester. 

Littler beda tajjeb u rebaħ l-ewwel set 3-1, iżda Woodhouse rkupra fit-tieni set u għamel l-iskor indaqs wara li sab id-double 16 fil-leg deċiżiv.

Fil-bidu tat-tielet set, Woodhouse għamel break b’checkout ta’ 60 u Littler tilef diversi opportunitajiet biex jagħmel il-break lura. Littler żamm it-tama ħajja b’checkout ta’ 98, iżda Woodhouse għalaq il-partita fuq double 12 b’checkout ta’ 75 biex kiseb waħda mill-akbar rebħiet tal-karriera tiegħu. Woodhouse kellu average ta’ 82.51, kontra 82.41 ta’ Littler.

Sorpriża oħra waslet meta Michael van Gerwen, champion tal-World Grand Prix sitt darbiet, ġie eliminat minn Ryan Joyce 2-1. Van Gerwen rebaħ l-ewwel set, iżda Joyce wieġeb fit-tieni b’checkout ta’ 118 u rebaħ iż-żewġ legs ta’ wara biex ġiegħel set deċiżiv.

Fit-tielet set, Joyce għamel break kmieni wara li Van Gerwen tilef diversi doubles. Għalkemm l-Olandiż għamel il-break lura, reġa’ tilef ċansijiet importanti, u Joyce approfitta biex jagħlaq il-partita fuq double nine.

Gerwyn Price, min-naħa l-oħra, kiseb rebħa dominanti u issa se jiltaqa’ ma’ Ross Smith. Woodhouse se jilgħab kontra Nathan Aspinall fit-tieni rawnd, filwaqt li Joyce jiltaqa’ ma’ Danny Noppert.

Ir-riżultati tal-ewwel ġurnata:

Danny Noppert (88.42) 2-1 (83.58) Niko Springer R1

Ross Smith (99.54) 2-1 (90.85) Cameron Menzies R1

Nathan Aspinall (89.20) 2-1 (92.27) Kevin Doets R1

Jonny Clayton (85.52) 2-1 (80.85) Krzysztof Ratajski R1

Gerwyn Price (101.61) 2-0 (82.88) Sebastian Bialecki R1

Michael van Gerwen (87.10) 1-2 (85.21) Ryan Joyce R1

Luke Littler (82.41) 1-2 (82.51) Luke Woodhouse R1

Wessel Nijman (82.43) 2-0 (81.02) Rob Cross R1

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here