Monday, May 13, 2024

Alphonso Davies se jagħmel intervent f’ħalqu wara li qala’ daqqa ta’ minkeb

Aqra wkoll

Sfortuna għall-winger xellugi ta’ Bayern Munich Alphonso Davies li qala’ daqqa tajba fi snienu waqt il-logħba tal-bieraħ mill-Bundesliga Ġermaniża li t-tim mill-Bavarja kellu kontra Mainz u rebħu 8-1.

Davies kellu joħroġ mill-grawnd qabel il-ħin u kellu jmur dritt għand id-dentist minħabba li nkisrulu xi snien ta’ quddiem filwaqt li kellu ħsara f’xi oħrajn.

Fuq il-profil tiegħu fuq Instagram hu ġab is-sitwazzjoni xejn sabiħa ta’ ħalqu fejn qal li għalissa se joqgħod ftit mistrieħ minħabba li aktar kmieni din il-ġimgħa se jkollu jagħmel intervent f’ħalqu.

Sport