Saturday, April 27, 2024

Amerikan imut wara li waqa’ minn fuq vapur tal-passiġġieri

Aqra wkoll

Amerikan ta’ 72 sena sfortunatament tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq vapur tal-passiġġieri għal ġol-baħar. 

L-inċident seħħ għal xi l-5:00 p.m meta l-vapur kien sorġut il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta. 

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma kien passiġġier fuq l-istess vapur. Huwa ngħata l-għajnuna minn minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal kura meħtieġa. Sfortunatament, ir-raġel ġie ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport