Thursday, October 10, 2024

Amnesty International imġiegħla tagħlaq l-operat tagħha fl-Indja wara persegwitazzjoni mill-Gvern Indjan

Aqra wkoll

Amnesty International kienet imġiegħla twaqqaf ħidmietha fl-Indja u tkeċċi lil ħaddiema wara li l-Gvern iffriżalha l-kontijiet bankarji kollha.

Id-Direttorat Indjan għall-Inforzar, l-aġenzija li tinvestiga reati ekonomiċi, iffriżat il-kontijiet kollha tal-fergħa ta’ Amnesty Internation fl-Indja wara li l-grupp ippubblika żewġ rapporti li kkritikaw lill-Gvern fir-rigward tad-drittijiet umani.

Amnesty qalet li din il-mossa fil-konfront tagħha hija l-kulminu ta’ kampanja twila sentejn ta’ fastidju mill-Ministeru għall-Affarijiet Interni, u persegwitazzjoni mill-Gvern fil-konfront ta’ gruppi ta’ drittijiet umani.

Amnesty ppubblikat żewġ rapporti li kkritikaw lill-awtoritajiet Indjani matul dawn l-aħħar xhur: wieħed minnhom kien jikkonċerna l-ksur ta’ drittijiet tal-bniedem mill-pulizija waqt irvellijiet f’Delhi, filwaqt li r-rapport l-ieħor kien jikkundanna r-restrizzjonijiet l-libertajiet ċivili f’Jammu u fil-Kasmir sena wara li New delhi rrevoka l-awtonomija politika tar-reġjun.

Sport