Wednesday, April 24, 2024

Andrea Colpani minflok Teun Koopmeiners?

Aqra wkoll

Atalanta diġa’ sabu l-werriet ta’ Teun Koopmeiners li jinsab pass bogħod li jingħaqad ma’ Juventus. Fil-fatt, it-tim min-naħa ta’ fuq tal-Italja jinsabu viċin li jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Monza Andrea Colpani. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u ilu ma’ Monza sa mis-sena 2022. Hu lagħab 49 partita u skorja 11-il gowl.

Colpani hu meqjus bħala plejer ta’ nofs il-grawnd mill-aqwa u li diġa’ kien ma’ Atalanta bejn l-2018 u l-2022 iżda qatt ma kellu ċ-ċans jilgħab.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport