Saturday, April 27, 2024

Arsenal iridu jiffirmaw lil Ousmane Diomande

Aqra wkoll

Arsenal qed isegwu b’attenzjoni l-progress tad-difensur ċentrali mill-Kosta tal-Avorju Ousmane Diomande. Dan tal-aħħar għad għandu 20 sena iżda li daħal sew fiċ-ċrieki tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu tant li diġa’ lagħab ħames darbiet.

Diomande ma’ Sporting Lisbon fil-Portugall, klabb li ilu miegħu sena eżatt fejn skorja żewġ gowls fi 28 partita.

Il-kowċ tal-Gunners Mikel Arteta jogħġbu ħafna l-istil ta’ dan il-plejer u ħeġġeġ lid-diriġenti sabiex imorru għalih.

Sport