Saturday, April 27, 2024

Xavi Hernandez minflok Eddie Howe?

Aqra wkoll

Sit elettroniku Ingliż li jispeċjalizza fuq is-suq tat-trasferimenti qed jgħid li Newcastle United offrew somma sustanzjuża mhux ħażin sabiex jiksbu s-servizzi tal-kowċ Xavi Hernandez li bħalissa qed imexxi lil Barcelona.

Xavi kien qal li jixtieq sena sabbatika iżda forsi malajr jinbidillu fehmtu hekk kif il-Magpies jixtiequ jmorru għalih u dan jieħu post Eddie Howe bħala kowċ.

Newcastle kellhom staġun ferm negattiv minkejja li nefqu ħafna flus fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf li għadda u issa saħansitra jinsabu fl-għaxar post tal-klassifika tal-kampjonat Ingliż.

Sport