L-attakkant Ansu Fati għaddej minn kriżi ta’ logħob matul dan l-istaġun u minkejja li ġie misluf lil Brighton mingħand Barcelona, l-affarijiet mhux qed imorru kif mixtieq. Fil-fatt hu skorja biss erba’ gowls f’26 partita bil-kowċ Roberto de Zerbi li issa qed iħallih fuq il-bank tar-riservi.
Is-Seagulls mhux beħsiebhom iżommu lil Fati li minkejja kollox jista’ jerġa’ jiġi misluf lil xi klabb ieħor fejn hemm interessati Wolves, Seville u Valencia.