Wednesday, July 24, 2024

Juventus iridu jiffirmaw lil Edon Zhegrova

Aqra wkoll

Juventus qed iħarsu b’attenzjoni lejn il-progress tal-winger mill-Kosovo Edon Zhegrova. Dan tal-aħħar qed ikollu staġun eċċezzjonali ma’ Lille fejn skorja 11-il gowl u wettaq assist wieħed f’20 partita.

I Bianconeri jridu plejer mal-linja leminija li jkun kapaċi jagħti crosses lejn l-attakkant u jilgħab is-sistema tattika tal-kowċ Massimiliano Allegri.

Sadanittant, diversi gazzetti Taljani qed jgħidu li Iling Junior u Filip Kostic huma viċin li jħallu l-belt ta’ Turin fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport