Wednesday, July 24, 2024

Santiago Gimenez fir-radar ta’ Napoli

Aqra wkoll

Xi scouts ta’ Napoli fi tmiem din il-ġimgħa marru l-Olanda sabiex jassistu għall-konfront klassiku bejn Ajax Amsterdam u Feyenoord partikolarment sabiex jaraw fl-azzjoni lill-attakkant Santiago Gimenez. Dan tal-aħħar hu attakkant Arġentin ta’ 22 sena li jilgħab ma’ Feyenoord u li qed jispikka ħafna fl-Eredivisie Olandiża.

Napoli qed jaħsbu li Gimenez jista’ jkun is-sostitut ideali ta’ Victor Osimhen li mistenni jitlaq minn Stadio Diego Armando Maradona u jmur jilgħab ma’ Paris St Germain jew Chelsea.

Minkejja kollox, Napoli qed jaraw il-prezz ta’ €60 miljun li ffissaw Feyenoord bħala għoli wisq għalkemm se jippruvaw jinnegozjaw magħhom.

Ekonomija

Sport