L-eks attakkant ta’ Borussia Dortmund Anthony Modeste irrifjuta offerta ta’ Schalke 04 biex jingħaqad magħhom immedjatament. Dan il-plejer Franċiż ta’ 36 sena kellu laqgħat mal-ogħla awtoritajiet tat-tim minn Gelsenkirchen iżda minkejja kull tentattiv ma ntlaħaq l-ebda ftehim.
Modeste hu aġent ħieles u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Nice, Blackburn Rovers, Bastia, Hoffenheim, Koln, Saint Etienne, Tianjin Quanjian u Al Ahly.