Tuesday, September 29, 2026
Home Sport Imsejħa l-iskwadra Maltija tal-Amateurs għar-round intermedju tal-UEFA Regions’ Cup 

Imsejħa l-iskwadra Maltija tal-Amateurs għar-round intermedju tal-UEFA Regions’ Cup 

0
57
Ritratt: mfa.com.mt

Il-coach Kap Alfred Attard, flimkien mal-assistent tiegħu Clint Tabone, ħabbar uffiċjalment skwadra proviżorja ta’ 30 player hekk kif bdew il-preparamenti għar-round intermedju li jmiss tal-UEFA Regions’ Cup.

Wara l-ewwel fażi ta’ taħriġ, l-istaff tekniku se jnaqqas l-għażla għal skwadra finali ta’ 18-il player li se tivvjaġġa lejn l-Irlanda nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru 2026.

Dan it-tournament prestiġjuż jiġbor fih 35 team li jirrap­preżentaw lill-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali Ewropej, maqsuma fi tmien mini-tournaments li kollha jintlagħbu f’post wieħed. Il-kompetizzjoni hija mfassla primarjament għal selezzjonijiet reġjonali tal-amateurs, u tinkludi wkoll timijiet nazzjonali amatorjali ta’ Malta u San Marino.

Miġbura fi Grupp 8, Malta se tiffaċċja lil Split mill-Kroazja, it-team ospitu Munster u Uzda li mill-Belarus.

Il-logħbiet kollha ta’ Grupp 8 se jintlagħbu f’Cork, u jibdew nhar il-Ħadd, 1 ta’ Novembru 2026, meta Malta taffronta lil Split f’Knockgriffin Park.

Imbagħad, il-Maltin jilagħbu kontra Munster fl-4 ta’ Novembru, u kontra Użda, tlett ijiem wara. 

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Edward Gatt (Vittoriosa S.); Anson Saliba (Marsa); Dean Sciberras (Rabat Ajax).

Players: Brady Agius (Gudja U.); Antoine Attard, Warren Azzopardi, Neil Borg (Ta’ Xbiex); Andrea Azzopardi,  (Luqa SA), Jaden Bonanno, Daley Ronaldinho Nathaniel (Dingli S.),  Brandonlee Bray, Dylan Micallef (Qrendi), Sheldon Briffa, Josuel Spiteri (Mqabba), Matthew Brincat, Adrian Caruana, Rudy Cassar Jeffries, Keith Muscat, Jake Stensen, Dale Tabone (Senglea A.);  Randon Caruana (Zej­tun C.); Ryan Dalli (Siggiewi);  Kieran Fenech, Kyle Mercieca (Qormi);  Josmar Galea (Attard);  Omar Khatib (Lija A.); Miguel Perez Jimenez (Kalkara U.);  Sheldon Seychell (Sta Venera L.); Daryl Vella Gerada (Pembroke A).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here